L-Spazju
It-Teatru Ewlieni
Dan huwa l-awditorju storiku b’tiżjin barokk għani li jesa’ 547 persuna bilqiegħda fuq il-pultruni fil-platea, fil-palki ta’ fuq il-platea, fil-51 palkett individwali mifruxa fuq tliet livelli, u fil-gallerija. F’dan l-awditorju ttella’ l-maġġoranza tal-produzzjonijiet. Id-dħul għalih hu minn Triq it-Teatru l-Antik.
Linfa magħmula mill-ħġieġ tal-Murano, isservi bħala ċ-ċentru tas-saqaf Trompe-l’œil li hu blu ċar , bi brazzi stil Rezzonico li jżejnu l-awditorju prinċipali.
L-arkata tal-proxenju tal-palk hi wiesgħa 7.30 metri u għolja 5.58 metri. Il-palk hu fond 12-il metru bi 3 metri addizzjonali permezz tal-biċċa ta’ quddiem, li taħdem b’sistema ta’ lift idrawliku li jista’ jinżel biex joħloq platea għall-orkestra. Il-palk hu armat bi dwal u sistema manwali ta’ rigging teatrali.
L-Istudio
L-istudio huwa spazju intimu fuq stil black-box, bi spazju għar-rappreżentazzjonijiet ta’ 7 metri b’ 5 metri. Għandu sezzjoni għall-udjenza li hi magħmula minn bankijiet bil-kuxxini li hi mtarrġa u permanenti, u tesa’ 60 adult.
Id-dħul għal dan l-ispazju hu mill-bieb tal-palk tat-teatru, minn numru 81, Triq Zekka, il-Belt Valletta (kantuniera ‘l bogħod mid-daħla prinċipali tat-Teatru), li wkoll fih wieħed isib il-vestwarju, il-post tal-provi, u l-kamerini tat-Teatru. L-istudio qiegħed fis-sular ta’ fuq, b’terazzin u żona għal bar ħdejh, perfett għal pawsi u bibiti għal waqt l-intervall.
Pakketti ta’ kiri għal kull wieħed mill-ispazji t’hawn fuq jinkludi wkoll il-kiri ta’ spazju għall-ispettakli, persunal u l-konsum tal-elettriku.
Għal aktar mistoqsijiet, disponibbiltà u speċifikazzjonijiet tekniċi, jekk jogħġbok ċempel fuq 23347401 bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mid-09:00 to 16:00 jew ibgħat email fuq info@teatrumanoel.mt.