Stqarrija ta’ aċċessibbiltà tas-sit
Proċess ta’ konfortmià
Miżuri ta’ aċċessibbiltà
Is-sit elettroniku tat-Teatru Manoel ma tagħmilx użu ta’ tkabbir tat-tipal, tal-ingrandiment u tal-modifika tal-kuluru. Dan għaliex nemmnu li din il-funzjonalità hija diġà integrata fil-biċċa l-kbira tal-browsers tal-web jew hija disponibbli permezz ta’ add-ons u plugins differenti li utenti differenti huma liberi li jippersonalizzaw għall-bżonnijiet tagħhom. Bħala riżultat ta’ dan, dawn il-klassifikazzjonijiet tal-utenti arbitrarji huma disponibbli għal ħafna mill-siti elettroiniċis, mhux biss għal dik tal-Entità. Sabiex nippermettu dan il-livell ta’ adattament, aħna nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibbilità ma’ dawn il-modifiki tal-utent.
Is-sit tat-Teatru Manoel jimplimenta wkoll dawn il-karatteristiċi tal-aċċessibbiltà li ġejjin:
- Iżomm ġerarkija konsistenti ta’ HTML Heading u tqassim ta’ informazzjoni fuq paġni web differenti.
- Jiżgura li l-kontenut tal-informazzjoni huwa organizzat f’lista HTML fejn hu applikabbli.
- Jara li hemm rabta li tiffoka fuq l-iskript sabiex jipprovdi indikazzjonijiet viżwali għal min esklussivament juża t-tastiera.
- Jinkludi titlu tal-immaġni, alt tag u captions kull fejn din l-informazzjoni hija rilevanti u utli.
- Jimmassimizza l-kuntrast tal-kulur għat-test fejn hu applikabbli.
- Ifittex li jiżgura li t-test tal-ħolqa proprja huwa deskrittiv biżżejjed biex jinforma l-utent fejn din il-ħolqa se tieħdu.
- Jimplimenta kull ħolqa esterna sabiex dawn jinfetħu f’tabs ġodda.
Kontenut mhux aċċessibbli
It-Teatru Manoel mhux konxju ta’ xi konenut speċifiku mhux aċċessibbli jew kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà fuq dan is-sit elettroniku. Kull kwistjoni ta’ aċċessibbiltà tista’ tiġi rrapurtata fuq id-dettalji li tista’ ssibhom aktar l-isfel.
Rispons u Dettalji għall-Kuntatt
Hija inevitabbli, sfortunatament, li minkejja l-aħjar sforzi kollha tagħna, se jkun hemm xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà. It-Teatru Manoel huwa impenjat li jindirizza u jirranġa dawn il-kwistjonijiet kemm jista’ jkun malajr u bl-aħjar mod possibbli.
Il-feedback tal-utent tas-sit huwa essenzjali. Jekk qed tesperjenza xi kwistjonijiet jew problemi meta tkun qiegħed tuża s-sit tagħna, napprezzaw li tinfurmana billi tibgħatilna fuq (indirizz tal-email hawn).
Proċedura ta’ l-Infurzar
L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) hija l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku. F’każ li din il-mistoqsija tiegħek relatata mal-aċċessibbiltà tal-ICT ma tiġix indirizzata fiż-żmien stipulat mill-ARR, jew tixtieq tressaq ilment formali, inti tista’ tagħmel dan billi tikkuntattja lill-MCA fuq 21336840 jew billi timla l-formola tal-ilment online fuq https://mca.org.mt/consumer/forms/complaints .