Introduzzjoni u
Stqarrija tal-Missjoni
“Nitgħallmu flimkien permezz tal-Arti.”
TOI TOI: Il-Programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel huwa l-fergħa tat-teatru nazzjonali dedikata sabiex tintroduċi lill-udjenzżi żgħażagħ għall-arti performattiva, waqt li tiżviluppa, trawwem u tagħti sapport lit-talent artistiku bi proġetti interni u proġetti biex jintlaħqu udjenzi ta’ kull età. Waqt li l-programm tant għażiż tat-TOI TOI huwa magħruf li jipproduċi teatru ta’ kwalità għal udjenza magħmula minn tfal żgħar, aħna wkoll qegħin fil-fruntierpijunieri li nipproduċufil-produzzjoni ta’ proġetti multi-ġenerazzjonali u inklussivi, bħala parti mill-impenn tagħna li nedukaw u nagħtu divertiment b’mod aċċessibbli u ta’ gost.
L-għan fit-tul tagħna hu li nsostnu xogħol fil-komunitajiet permezz tad-dixxiplina tal-arti performattiva kemm live, kif ukoll iffilmjatproduzzjonijiet teatrali-awdjoviżivia – b’mod li dan iservi bħala pont li jressaq in-nies, jiffaċilita l-konverżazzjonijiet, u jservi bħala għodda essenzjali għall-espressjoni.
TOI TOI – li ġie nnominat għal bosta premji – malajr sar dar t’opportunità għal ħafna artisti bbażati lokalment – kemm professjonisti u kif ukoll aspiranti. Missjoni essenzjali tal-programm hi li jassisti artisti aspiranti b’li jipprovdi gwida professjonali, żvilupp artistiku, u opportunitajiet ta’ spettaklu fl-Istudio tagħna u f’postijiet oħra li huma sħab magħna.
Il-Programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel jesplora suġġetti li huma rilevanti kulturalment u ta’ arrikkixximent edukattiv, permezz ta’ mużika klassika, folk u jazz, firxa ta’ ġeneri ta’ żfin, drammi kreattivi u t-teatru mużikali. L-eżitu artistiku jkompli jikber permezz ta’ xogħol ikkummissjonat minn artisti esperti li jipproduċu rappreżentazzjonijiet impenjattivi li huma intenzjonati għall-udjenza biex tirrifletti, tistaqsi u tistagħġeb. Għalhekk inħobbu nsejħulu teatru li jqanqal il-ħsieb!