Programm Teatru Żgħażagħ Teatru Manoel

(TMYTP)

Il-Programm ta’ Taħriġ għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYTP) jgħaqqad flimkien erba’ gruppi importanti ħafna, li kull wieħed għandu l-enfasi u l-identità tiegħu: Teatru għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYT), Opera għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYO), Żfin għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYD) u l-Kollettiva TOI TOI.

Il-mira ġenerali ta’ TMYTtP hi li jkattar it-talent ta’ artisti żgħar permezz ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ u rappreżentazzjonijiet. Il-parteċipazzjoni fit-taħriġ tagħti lill-artisti li għadhom jibdew aċċess għal ambjent professjonali li se jgħinhom jiżviluppaw il-ħiliet performattivi tagħhom, kif ukoll ħiliet importanti għall-ħajja permezz ta’ xogħol fi grupp u kreattività.

TMYTP jġib għalliema viżitaturi ta’ livell dinji li jmexxu sessjonijiet ta’ ħidma speċjalizzati fit-tagħlim u jagħtu l-parteċipanti il-gwida esperta li jkollhom bżonn. Il-membri wkoll ikollhom l-opportunità eċċitanti li juru l-prestazzjoni tagħhom fuq il-palk prinċipali tat-Teatru Manoel.

Il-programm joffri staġun sħiħ għal taħriġ tekniku għal kull dixxiplina, flimkien ma’ kollaborazzjoni fit-tfassil ta’ xogħolijiet ġodda, li jilħaq il-qofol tiegħu f’wirja ta’ rappreżentazzjoni fi żmien ir-Rebbiegħa.

Din l-inizjattiva tnisslet mill-Konsulent għall-Arti Edukattiva Rosetta Debattista u ġiet imnedija fl-2011. Minn dak iż-żmien ‘’l hawn, TMYTP ipproduċa xogħol tal-ogħla kwalità, b’uħud minnhom li wkoll ingħataw rikonoxximent internazzjonali.

Il-produzzjoni rinomata CLUB, maħluqa u diretta minn Denise Mullholland għal ŻiguŻajg 2013, ittellgħet fl-Iskozja bħala parti mill-Glasgow 2014 Cultural Programme, u fit-2016 Chrysalis Festival, fi Traverse Theatre f’Edinburghu.

HUSH, mużikal musical oriġinali miktub u dirett minn Denise Mullholland u b’mużika u lirika ta’ Luke Saydon rebħet il-premju L-Aqwa Produzzjoni tas-Sena u L-Aqwa Xogħol għal Tfal u Żgħażagħ fit-tieni edizzjoni tal-Premju għall-Arti, imtella’ mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Teatru għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYT)

Il-programm tat-Teatru għaż-Żgħażagħ joffri taħriġ u esperjenza performattiva tal-ewwel klassi għal żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-25 sena. Matul is-sessjonijiet ta’ tliet sigħat intensivi li jsiru darba fil-ġimgħa, il-membri jaħdmu ma’ diretturi professjonali, fejn jitgħallmu kif ifasslu b’mod artistiku u jwettqu rappreżentazzjoni professjonali. Ta’ darba fis-sena l-membri jingħataw l-opportunità unika li jtellgħu produzzjoni fuq il-palk prinċipali.

Bosta rappreżentazzjonijiet ta’ valur ittellgħu minn meta tnieda l-programm fi Frar tal-2012, fosthom Lord of the Flies, Rubbish, Speak No Evil, NOW u Pjazza Pastizzi, Il-ħafna ġeneri li ttellgħu jvarjaw minn Shakespeare għal teatru fiżiku u mima, minn commedia dell’arte u teatru mużikali.

Żfin għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYD)

Dan il-programm jilqa’ żeffiena b’esperjenza performattiva li huma komdi fuq il-palk. Madankollu, kulħadd li l minhu ġej minn ambjent differenti imma li juri potenzjal fiż-żfin ukoll huwa mħeġġeġ li japplika.

Il-programm ta’ taħriġ prinċipali li jittella’ minn Ottubru sa April huwa b’xejn għall-applikanti ta’ suċċess, f’konformità amal-impenn tat-teatru għall-iżvilupp tal-artisti u l-ħolqien ta’ xogħol artistiku ġdid.

Opera għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYO)

Is-sessjonijiet ta’ TMYO jkopru reċtar għall-kantanti tal-opera, operetta u xeni mużikali, imma wkoll jippermettu lis-istudenti biex jingħaqdu ma’ artisti professjonali biex jidħlu fil-proċess kreattiv ta’ ko-kreazzjoni ta’ xogħol eċċitanti ġdid.

Sabiex jiġu riflessi r-realtajiet tal-kant fis-Seklu 21, l-istudenti huma nkoraġġuti mħeġġa li jesploraw bosta ġeneri mużikali u jipprattikaw il-kant bil-Franċiż, Ġermaniż, Ingliż, Taljan u Russu mal-għalliema viżitaturi, li wkoll jinkludu kompożituri lokali u internazzjonali.

Studenti tat-TMYO għandhom ukoll l-opportunità li jattendu masterclasses minn għalliem tal-opera għal-leħenvuċi fi stil operistiku, li jkunu ġew minn madwar l-Ewropa, li kollha kemm huma taw taħriġ f’wieħed jew aktar mit-teatri tal-opera ewlenin Ewropej.

Kollettiva TOI TOI  (TTC)

L-eksx- studenti mħarrġa tat-teatrutal-programm TMYTP, li kollha kemm huma pparteċipaw fil-programmi ta’ taħriġ tagħna, jiffurmaw parti minn din il-kumpanija żgħira, bl-għajnuna u l-appoġġ tat-teatru.

Hemm bosta opportunitajiet ta’ tagħlim u rappreżentazzjonijiet fid-drama, mużika u żfin, li jinkoraġġixxu talent żagħżugħ biex jikber. Immexxija mill-esperti tal-industrija, artisti żgħażagħ jistgħu jiktbu, jidderieġu, jikkopruduċu, jikkomponu, jmexxu u jipparteċipaw fix-xogħol tagħhom – Żgħażagħ-għal-Żgħażagħ, fil-qalba tal-programm.