Struttura, Funzjonijiet u Responsabbiltajiet

It-Teatru Manoel huwa Organizzazzjoni Kulturali Pubblika li jaqa’ fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Il-funzjonijiet tiegħu huma mogħtija mill-Ministru, permezz tal-Bord għat-Tmexxija, magħmul miċ-Chairman u ħames membri.

It-Teatru Manoel huwa impenjat li jippreżenta produzzjonijiet artistiċi ta’ livell dinji; għal ħolqien ta’ udjenzi ġodda għall-ġeneri mużikali u drammatiċi; u sabiex jipprovdi pjattaforma prinċipali għal artisti lokali u internazzjonali.

Konxju mill-fatt li t-Teatru huwa spazju storiku u uniku, il-maniġment tat-Teatru Manoel jimmira li jippreserva u jsaħħaħ l-istatura arkitettonika tiegħu, filwaqt li jippromwovi l-ispazju bħala wieħed ta’ eċċellenza artistika.

Dokumenti u manwali miżmuma mill-entità.

-Kuntratti ma’ fornituri fil-kors normali tan-negozju magħmula minn termini u kundizzjonijiet relatati ma’ xiri mit-Teatru Manoel

-Kuntratti ma’ klijenti magħmula minn termini u kundizzjonijiet għal kiri

-Fajls relatati ma’ akkwist

-Kuntratti ma’ artisti magħmula minn termini u kundizzjonijiet ta’ kkummissjonar tas-servizzi tal-artisti mit-Teatru Manoel

-Dokumenti finanzjarji, inkluż kontijiet awditjati, relatati mal-attivitajiet tal-entità

-Dokumenti relatati mal-proċedura interna għall-komunikazzjoni mal-impjegati, li jistabbilixxu l-istruzzjonijiet u r-regoli tal-prattika

-Fajls personali tal-impjegati

-Punti tal-aġenda u minuti tal-laqgħat

-Ftehim kollettiv

Further information

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku www.foi.gov.mt .