Riżorsi
School Packs
Kull produzzjoni, live jew online, għandha pakkett ta’ riżorsi għall-għalliema, ġenituri jew kustodji, u jinkludi aktar informazzjoni dwar ir-rappreżentazzjoni, dettalji tal-kast u t-tim ta’ produzzjoni u x’tistenna mill-produzzjoni. Apparti minn hekk, din il-gwida tmur naqra aktar lil hinn u fiha hemm materjal ta’ tagħlim bħala suġġett edukattiv, punti ta’ diskussjoni rilevanti, attivitajiet suġġeriti, u aktar.
Hemm bosta kontenut eċċitanti disponibbli f’dawn il-pakketti, u s-suġġetti jvarjaw minn strumenti klassiċi, stili ta’ żfin u espressjoni artistika, għall-istorja tal-Karnival, sens ta’ diqa żagħżugħa u Shakespeare Bites, fost bosta affarijiet oħra.