Thomas Walsh
Journal of the Late Campaign - Egypt 1803
" La Valette possesses an opera, small indeed, but neat, though much out of repair. Italy and Sicily supply it with very tolerable vocal performers, and it is a very agreeable entertainment for the garrison. It was excessively crowded every night by the officers of the expedition, to whom it was a great source of amusement. The price of admission is one shilling. "

Dwarna
“Il-Manoel”
kif dan it-teatru huwa magħruf lokalment b’affezzjoni, huwa t-Teatru Nazzjonali ta’ Malta, l-ispazju li hu l-aktar attrezzat f’pajjiżna għat-tlugħ ta’ rappreżentazzjonijiet teatrali, u li huwa kontributur ewlieni għax-xena lokali tal-arti tal-ispettaklu. Huwa wkoll eżempju mill-ifjen tal-arkitettura Barokka, u wieħed mill-eqdem teatri li għadu jopera fl-Ewropa.
It-Teatru għandu żewġ spazji fejn jittellgħu r-rappreżentazzjonijiet:
|
|
Il-Missjoni tat-Teatru Manoel

Kurżitajiet
|

|

|
Restawrazzjoni u Renovazjoni
2017 – 2018 | Sistema ta’ akklimatizzazzjoni ġiet installata fl-awditorju li issa jsaħħan fix-Xitwa u jżomm il-frisk fis-Sajf. Il-palki ta’ fuq il-platea ġew restawrati, u t-tqassim tas-siġġijiet inbidel lura għal kif kien fil-binja oriġinali. |
2019 | Ikompli x-xogħol ta’ restawr sabiex il-faċċata terġa’ lura għad-dehra oriġinali tagħha tal-1731. |
2020 | It-Teatru jagħlaq f’Marzu 2020 minħabba l-Pandemija tal-Coronavirus. Bejn Ottubru 2020 u Marzu 2021 reġa’ fetaħ għal ftit għal produzzjonijiet ta’ siegħa li ttellgħu darba fil-ġimgħa, bl-udjenza tattendi b’distanza soċjali. |
2021 |
|
Il-Legat tat-Teatru
Fi (kważi) 3 sekli tal-eżistenza tiegħu, it-Teatru Manoel tella’ eluf ta’ drammi, opri, musicals, kunċerti, kunċerti żgħar u produzzjonijiet taż-żfin. Bosta kienu dawk l-artisti li daħlu fih u mxew fuq il-palk tiegħu, fejn hemm minnhom li kisbu suċċessi kbar lokalment u internazzjonalment, u oħrajn li ġew hawn u kienu diġà famużi.
