Żjarat fit-Teatru
Skopri t-Teatru Nazzjonali manjifiku ta’ Malta. Żjarat jistgħu jsiru bejn it-Tnejn u s-Sibt.
Żur it-teatru u tgħallem l-istorja tiegħu u kif żviluppa mas-snin.
Se tiskopri wkoll l-intern imżejjen b’mod rikk ta’ dan il-kapolavur arkitettoniku Barokk, li hu msemmi bħala tielet l-aktar teatru antik li għadu jaħdem fl-Ewropa, u l-aktar teatru antik li għadu jaħdem fil-Commonwealth tan-Nazzjonijiet.
Iż-żjarat huma addattati għal kull età, u jsiru f’dawn il-ħinijiet:
- Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
- Xitwa (1 ta’ Sett): 11.00 u 15:00
- Sajf (20 ta’ Ġunju): 11.00 u 12:00
- Sibt: 10.30 / 11:30 / 12:30
- Il-Ħadd: MAGĦLUQ
- Prezz: €5
Prenotazzjoni minn qabel hija rrakkomandata bookings.mt@teatrumanoel.mt